keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- artikolu 73
- ta’ 46
- subparagrafu 39
- reklamar 19
- għal 18
- l-ewwel 16
- għandhom 15
- servizzi 15
- membri 13
- sabiex 12
- it-tieni 11
- kummerċjali 11
- id-direttiva 10
- komparattiv 10
- minn 9
- qarrieqi 9
- legali 8
- tagħhom 8
- l-istati 8
- it-tielet 8
- jekk 8
- kull 8
- kompetitur 7
- dwar 7
- dawn 7
- tiegħu 7
- fejn 6
- dawk 6
- jagħmel 6
- jkunu 6
- merkanzija 6
- jiġi 6
- kontra 6
- jiġu 6
- ewropew 6
- ħsara 5
- tal-parlament 5
- ikunu 5
- tfisser 5
- amministrattivi 5
- partikulari 5
- bejn 5
- direttiva 5
- il-merkanzija 5
- kliem introduttorju 5
- bihom 5
- ir-reklamar 5
- msemmija 4
- jkun 4
- prodotti 4
Artikolu 3
Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:
(a) | il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi; |
(b) | il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija; |
(ċ) | in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu. |
Artikolu 2
għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) | “reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi; |
(b) | “reklamar qarrieqi” tfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li għandhom jasal u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, probabbilment jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew probabbilment jagħmel ħsara lil xi kompetitur; |
(ċ) | “reklamar komparattiv” tfisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn kompetitur; |
(d) | “kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant; |
(e) | “sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. |
Artikolu 3
Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:
(a) | il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi; |
(b) | il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija; |
(ċ) | in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu. |
Artikolu 4
Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) | ma jqarraqx fis-sens ta’ l-Artikoli 2(b), 3 u 8(1) ta’ din id-Direttiva jew ta' l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (7); |
(b) | jagħmel paragun bejn merkanzija jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan; |
(ċ) | jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz; |
(d) | la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew marki oħra distintivi, il-merkanzija, is-servizzi, l-attivitajiet jew iċ-ċirkostanzi ta’ kompetitur; |
(e) | jirreferi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu; |
(f) | ma jiħux vantaġġ żlealment mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti; |
(g) | ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett; |
(h) | ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur. |
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi u jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri.
Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:
(a) | jieħdu azzjoni legali kontra tali reklamar; jew |
(b) | iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għal proċedimenti legali adegwati. |
2. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun sar rikors qabel għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
(a) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew flimkien kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u |
(b) | jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi relevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali. |
3. Skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi setgħat, f’każi fejn iqisu li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa waqt li jikkunsidraw l-interessi involuti kollha u b’mod partikulari l-interess pubbliku:
(a) | sabiex jordnaw il-waqfien ta', jew sabiex jistabbilixxu proċedimenti legali xierqa għal ordni għat-twaqqif ta' reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv kontra l-liġi;, jew |
(b) | jekk ir-reklamar qarrieqi jew ir-reklamar komparattiv kontra l-liġi ma jkunx għadu ppubblikat iżda l-pubblikazzjoni tkun fil-qrib, sabiex jordnaw il-projbizzjoni ta', jew sabiex jistabbilixxu proċeduri legali xierqa għal ordni ta' projbizzjoni ta', din il-pubblikazzjoni. |
L-ewwel subparagrafu japplika ukoll meta m’hemmx prova ta’ telf jew ħsara effettiv jew ta’ intenzjoni jew negliġenza min-naħa tar-reklamant.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom jittieħdu skond proċedura aċċelerata jew b’effett intermedju jew b’effett definittiv, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi setgħat, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi jew ta' reklamar komparattiv kontra l-liġi li t-terminazzjoni tiegħu kienet ordnata b'deċiżjoni finali:
(a) | sabiex jesiġu l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fl-interità jew f’parti u f’dik il-forma li huma jqisu adegwata; |
(b) | sabiex jesiġu, minbarra dan, il-pubblikazzjoni ta’ stqarrija korrettiva. |
5. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom:
(a) | ikunu kkostitwiti hekk li ma jitfgħux dubbju fuq l-imparzjalità tagħhom; |
(b) | ikollhom setgħat biżżejjed, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament; |
(ċ) | normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. |
6. Fejn is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, dejjem għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. F’dan il-każ, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal proċeduri li bihom it-twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli minn awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli tat-twettiq tas-setgħat imsemmija jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
Artikolu 6
Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-Direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.
4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.
Artikolu 10
Id-Direttiva 84/450/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) Opinjoni ta' l-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novemberu 2006
(3) ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
(5) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(6) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).
(7) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha
Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE |
|
Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | l-Artikolu 14 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 10)
Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ Applikazzjoni |
84/450/KEE | L-1 ta’ Ottubru, 1986 | — |
97/55/KE | It-23 ta’ April 2000 | — |
2005/29/KE | 12 ta’ Ġunju 2007 | 12 ta’ Diċembru 2007 |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 84/450/KEE | Din id-Direttiva |
Artikolu 1 | Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem introduttorju | Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2(1) | Artikolu 2(a) |
Artikolu 2(2) | Artikolu 2(b) |
Artikolu 2(2a) | Artikolu 2(c) |
Artikolu 2(3) | Artikolu 2(d) |
Artikolu 2(4) | Artikolu 2(e) |
Artikolu 3 | Artikolu 3 |
Artikolu 3a(1) | Artikolu 4 |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) it-tielet subparagrafu | Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (a) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (b) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem finali | Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem finali | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu kliem introduttorju | Artikolu 5(4) kliem introduttorju |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu l-ewwel inċiż | Artikolu 5(4) (a) |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu it-tieni inċiż | Artikolu 5(4) (b) |
Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 5(5) |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 5(6) |
Artikolu 5 | Artikolu 6 |
Artikolu 6 | Artikolu 7 |
Artikolu 7(1) | Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2) | Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3) | Artikolu 8(2) |
Artikolu 7(4) | Artikolu 8(3) |
Artikolu 7(5) | Artikolu 8(4) |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu | — |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu | Artikolu 9 |
— | Artikolu 10 |
— | Artikolu 11 |
Artikolu 9 | Artikolu 12 |
— | Anness I |
— | Anness II |
whereas